Suċċess għal Ryan Cachia min Team Noel hekk kif rebaħ ġlieda internazzjonali waqt Evolution Fight Night f’Rosolini l-Italja fi tmiem il-ġimgħa.Cachia għeleb lit-taljan Giuliani Vernuccio fil-K1 Rules. Ryan iddomina fit-tliet rounds tal-ġlieda. Fl-ewwel round il-malti innokja lil-avversarju tant li r-referee beda jgħodd, iżda t-taljan reġa’ qam u kompla l-ġlieda. Ryan Cachia reġa’ waqqa’ lil-avversarju fit-tieni round u għal xi raġuni r-referee ma bediex jgħodd, ġest li wassal għall-protesti mill-coach tal-malti, Noel Mercieca.Cachia kompla bil-wirja mill-aqwa tiegħu fit-tielet round u finalment rebaħ b’deċiżjoni unanima tal-judges.Fl-istess avveniment ħa sehem l-atleta żagħżugħ Kaiden Camilleri li kienet l-ewwel esperjenza tiegħu f’dan il-livell. Huwa tilef bil-punti kontra avversarju taljan.Il-Coach u Master Noel Mercieca wera sodisfazzjoni għall-wirjiet tal-atleti tiegħu li jimmotivawħ sabiex jagħti aktar opportunita’ u esperjenza barra minn xtutna lill-membri tal-klabb tiegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI