Il-Malta Blackball Federation laqqgħet lill-membri tagħha għal-laqgħa ġenerali annwali li saret fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.
Sar magħruf li Dr Ana Thomas se jkollha rwol ġdid bħala segretarju ġenerali hekk kif ġiet co-opted sabiex ħadet post Adrian Camilleri li min-naħa tiegħu nħatar bħala viċi-segretarju.
Min-naħa tiegħu Philip Gatt baqa’ jżomm il-kariga ta’ president tal-federazzjoni bil-membri oħra fl-eżekuttiv li baqgħu jokkupaw ir-rwol rispettiv tagħhom.
Saret ukoll analiżi tal-istaġun li għadu kemm għadda filwaqt li komplew t-tħejjijiet għall-kampjonat mondjali tal-Blackball li se jsir f’pajjiżna f’Novembru li ġej.