Ħadd ma weġġa’ f’inċident li kien involut fih ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Dan l-inċident seħħ għal-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu, meta l-ħelikopter kien qed jipprepara biex itir mit-Taqsima tal-Ajru tal-Forzi Armati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi stqarrija mill-Forzi Armati ntqal li l-ħelikopter ġarrab xi ħsarat u nfetħet investigazzjoni biex tiġi determinata l-kawża ta’ dan l-inċident.
Ritratt: AFM