Fl-ewwel nofs tas-sena 2024, il-Bank APS, irreġistrat profitt ta’ €10.1 miljun qabel it-taxxa u €9.9 miljun f’livell bankarju.
Il-grupp APS, irreġistra interess tad-dħul fuq €56.0 miljun ewro, żieda ta’ €6.4 miljun meta kkumparat mal-istess perjodu, is-sena l-oħra.
Dan it-tkabbir, irriżulta minn diversi swieq, fosthom il-bejgħ, il-kummerċ, is-self, kif ukoll il-likwidità tal-assi u l-investimenti.
L-ispiża tal-interessi, ammontat għal €22.9 miljun, mill-€12.5 irrreġistrati is-sena l-oħra.
Id-dħul mill-kumissjonijiet, żdied b’12.7% għal €4.5 miljun.
In-nefqa tal-operat tul dawn is-sitt xhur, ammonta għal €27.0 miljun, 2.5% aktar fuq l-istess perjodu, is-sena ta’ qabel.
Din iż-żieda hija kawża tal-investiment fit-teknoloġija, fir-rekwiżiti mitluba, fl-ispejjeż kif ukoll fil-pagi.
Dwar dan, tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Bank, Marcel Cassar, li spjegalna dan ir-riżultat finanzjarju f’aktar dettall.
“Is-second quarter diġà qed juri żvilupp sostanzjali, fil-profittabilità tal-bank. Rajna wkoll tkabbir fis-self, tkabbir fid-depożiti, tkabbir all-round fin-negozju, u allura qed nistennew li fit-tieni nofs tas-sena, naraw irkupru, li jkun ġej minn deċiżjonijiet li ħadna, anke mis-self u l-investimenti li issa qegħdin nagħmlu, hekk kif il-likwidità fis-settur, tjiebet.”