Il-linja tal-ajru bbażata f’pajjżina, Universal Air, ħabbret it-tnedija ta’ żewġ titjiriet fil-ġimgħa lejn l-ajruport il-ġdid f’Salerno fil-Costa d’Amalfi fl-Italja.
It-titjiriet kummerċjali ġodda ta’ kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis, jibdew minn €69. Dawn jagħmlu parti mill-iskeda tas-sajf tal-linja tal-ajru, li tgħaqqad lil Malta ma’ destinazzjonijiet partikolari fil-Mediterran.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Universal Air, Simon Cook, spjega li din ir-rotta tirrifletti l-impenn tal-kumpanija li tkompli tespandi n-netwerk lejn destinazzjonijiet vibranti u b’kultura rikka fil-Mediterran u l-Afrika ta’ Fuq, waqt li l-bażi f’Malta tagħmilha eċċellenti biex tipprovdi konnessjonijiet simili.