Raġel ta’ 45 sena ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq Nazzjonali, il-Floriana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Renault Megane misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti Ħal Qormi u Ford Focus misjuq minn raġel ta’ 39 sena minn Ħal Balzan.
Is-sewwieq tar-Renault sofra xi ġrieħi u għalhekk ingħata l-għajnuna minn tim mediku li mar fuq il-post. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.