Sliema Wanderers sofrew telfa kbira ta’ 7 – 0 meta fl-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Ewropa Conference League huma ġew megħluba mill-qawwa tat-tim mill-Armenja FC Noah.
L-Armeni kienu sa mill-ewwel minuta dominanti fuq Sliema Wanderers bit-tim Malti bla ebda reazzjoni prattikament tul id-90 minuta.
FC Noah fil-vantaġġ wara 19 il-minuta grazzi għal Virgile Pinson. Goncalo Gregorio għamilhom tnejn fil-28 minuta bl-stess plejer japprofitta mill-konfużjoni fit-tim Slimiż u fil-31 minuta jiskorja t-tielet goal biex sat-tmiem l-ewwel taqsima FC Noah kienu qed jgawdu vantaġġ ta’ tlett goals.
Goncalo Gregorio għaqqad hat-trick meta fil-56 minuta l-skor sar 4 – 0. Fl-aħħar għoxrin minuta, bil-partita diġa mirbuħa u mitlufa, Sliema sofew tliet goals oħra. Eraldo Cinari skorja darbtejn f’spazzju ta’ żewġ minuti preċiżament fil-71 u fil-73 minuta.
Helder Ferreira ssiġġila r-rebħa bis-sena goal tal-konfront fil-90 minuta.
It-tieni leg tintlagħab bħal lum gimgħa f’pajjiżna.