Mit-Tlieta 16 sas-Sibt 20 ta’ Lulju, is-sewwieq Malti tal-Karting Nicky Gauci kien f’Le Mans fi Franza biex jieħu sehem fir-Rotax Max Challenge International Trophy. Dan l-avveniment globali ra ’l fuq minn 350 sewwieq minn 44 nazzjon mill-ħames kontinenti, jikkompetu fl-ogħla livell ta’ karting.
Gauci kkompeta kontra 108 sewwieq fil-klassi Rotax Senior. Gauci Beda billi kkwalifika fid-49 post, li b’hekk beda l-heats fis-17-il post u kull tiġrija avvanza għat-12, it-13, il-5, u l-11 fl-erba’ heats konsekuttivi, iżda inċident fil-5 heat niżżel lil Gauci post fil-31 post. Gauci beda l-aħħar heat fit-13 il-pożizzjoni, tilef post waqt it-tellieqa u spiċċa fl-14-il post. Ir-riżultat finali għal Gauci hu li spiċċa fl-40 post minn 108 sewwieq li beda magħhom.
Waqt li rrifletta fuq it-tellieqa, Gauci baqa pożittiv, u qal, “Ninsab sodisfatt bir-riżultat finali, meta tqis iċ-ċirkostanzi kollha. Stajna għamilna aħjar, iżda l-inċident fil-5 heat kien lil hinn mill-kontroll tagħna. Tul l-avveniment, żammejna il-Bandiera Maltija fejn mistħoq. Il-lezzjoni ewlenija minn dan l-avveniment hija l-importanza li wieħed iżomm moħħ ċar waqt it-tlielaq.” Din l-attitudni pożittiva u l-enfasi fuq it-tagħlim huma xhieda vera tal-mentalità sportiva u maturita ta’ Gauci.