11-il persuna li kienu qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari, ġew arrestati mill-Pulizija minn residenza fil-Birgu.
In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni huma mill-Bangladexx, mill-Gambja u s-Senegal.
Il-persuni ttieħdu kollha f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm isiru t-tħejjijiet neċessarji biex jiġu ritornati fil-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew fil-pajjiż li għandhom permess jirrisjedu fih.
Fi stqarrija,mill-Korp tal-Pulzija intqal li l-infurzar marbut mal-immigrazzjoni hu wieħed kontinwu, u se jibqa’ għaddej fil-jiem li ġejjin, b’ħidma mal-entitajiet l-oħra tal-immigrazzjoni, kif ukoll tax-xogħol.