L-għadd sħiħ ta’ turisti li ġew minn barra minn pajjiżna u ta’ turisti domestiċi li żaru r-reġjun ta’ Malta laħaq iż-2,942,836.
Dan skont ċifri tal-NSO, li ġew ippubblikati, b’rabta mat-turiżmu reġjonali u li juru kif it-turisti li ġew minn barra jammontaw għal 98.4% tat-turisti kollha li żaru dan ir-reġjun.
Fil-fatt, waqt din l-istess sena, l-ammont ta’ turisti li ġew minn barra u l-ammont ta’ turisti domestiċi li żaru Għawdex u Kemmuna laħaq il-564,396.
It-turistiċi domestiċi kienu jammontaw għal 71.9% tad-domanda turistika kollha f’dan ir-reġjun.
Matul l-2023, it-turiżmu domestiku bejn ir-reġjuni laħaq l-454,495, żieda ta’ 23.2% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Min-naħa l-oħra, Għawdex u Kemmuna laqgħu 406,018 turist domestiku, jiġifieri 89.3% tat-turisti domestiċi kollha.
It-48,478 vjaġġ domestiku li jifdal kienu magħmulin minn residenti ta’ Għawdex u Kemmuna li żaru r-reġjun ta’ Malta.