Qorti fl-Emirati Għarab Magħquda kkundannat lil 57 persuna mill-Bangladesh għall-ħabs, wara li ħadu sehem fi protesti kontra pajjiżhom.
Tlieta mill-persuni ngħataw sentenza ta’ għomor il-ħabs, minħabba li nstab li kienu huma li organizzaw tali protesti. L-oħrajn ingħataw sentenzi ta’ bejn għaxra u ħdax-il sena priġunerija.
Amnesty International ikkundannat din ir-reazzjoni estrema, minkejja li l-protesti huma ddikjarati illegali fil-pajjiż.
Fil-Bangladesh, aktar minn 150 persuna nqatlu, filwaqt li 500 oħra ġew arrestati b’rabta ma’ vjolenza, li rriżultat minn diversi protesti, wara li ddaħħlet kwota fuq in-numru ta’ mpjiegi mal-Istat.