Il-Girl Guides ta’ Ħad-Dingli marru Sqallija bħala parti mill-attivitajiet biex jiċċelebraw il-25 anniversarju mit-twaqqif tagħhom. Il-grupp ta’ tmintax-il tfajla akkumpanjati minn sitt adulti marru 4 ijiem f’Sqallija, fejn qagħdu fil-campsite Pippa’s Paddock fil-villaġġi ta’ Ali li jinsab fil-qalba tal-muntanji Madonie.
Il-Girl Guides bdew l-avventura tagħhom mill-campsite fejn imxew lejn l-għerien ta’ Gurfa fejn hemmhekk ammiraw kumpless ta’ għerien artifiċjali, li jmorru lura għaż-Żmien Neolitiku. It-tfal kellom l-opportunità li iqattgħu ħin maż-żwiemel, u jmorru l-festa tal-lokal.
Attività oħra li it-tfal ħadu ħafna gost kienet ġurnata ġewwa l-Parco Avventura Madonie, fejn dan l-park huwa kkaratterizzat minn foresta u muntanji mill-isabħ. L-Guides ta’ Ħad Dingli esperjenzaw avventuri madawrin man-natura, fejn huma kellhom diversi sfidi bħal ‘high-rope courses u zip-lining’.
Din kienet l-ewwel esperjenza internazzjonali għal dawn l-Girl Guides barra minn pajjiżom, fejn it-tfal irritornaw b’ħafna esperjenzi memorabli. Esperjenzi bħal dawn huma parti mill-programm tal-Girl Guiding, jekk xi ħadt jixiteq jissieħeb ma’ xi grupp tal-Gudies jista’ jagħmel dan billi jitħol fit-sit tal meżżi soċjali jew jibagħtu email fuq info@maltagirlguides.com