Anzjan ta’ 86 sena residenti l-Mosta weġġa’ gravi wara li l-mutur, li kien qed isuq fi Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta, kien involut f’aċċident ma’ vettura. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5:00 ta’ waranofsinhar, meta l-Pulizija ġiet informata bih.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei, permezz t’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari fuq il-post, jirriżulta li l-vettura telqet wara l-impatt. Minkejja dan, ftit ħin biss wara, il-Pulizija rnexxielhom isibuha ggaraxxjata fil-qrib.
Ix-xufier tal-karozza, anzjan ukoll ta’ 75 sena u anke residenti fil-Mosta, qed jinżamm mill-Pulizija b’rabta mal-investigazzjonijiet li għaddejjin.