Ħames persuni nqatlu u oħrajn indarbu wara li raġel armat fetaħ in-nar f’dar tal-anzjani fil-Kroazja. Dan l-inċident seħħ it-Tnejn waranofsinhar fil-belt ta’ Daruvar.
Il-Pulizija qalet li s-suspettat ħarab minn fuq il-post però ftit tal-ħin wara nqabad f’kafetterija qrib l-istess residenza. Skont rapporti internazzjonali, intqal li l-allegat qattiel hu qarib ta’ wieħed mir-residenti fl-istess dar tal-anzjani.
Il-Prim Ministru Kroat, Andrej Plenkovic, ta l-kondoljanzu tiegħu lill-familji tal-vittmi u ttama rkupru malajr lil dawk midrubin.
L-awtoritajiet għadhom qed jinvestigaw il-mottiv wara dan l-attakk.