Wara r-rebħa fid-Davis Cup għal Malta u prestazzjonijiet konvincenti ġewwa Tuneż aktar kmieni das-sajf, issa waslet ukoll l-ewwel rebħa għal Alex De Gabriele fic-cirkwit tal-ITF, meta din il-ġimgħa rebaħ it-tournament tad-doubles.
De Gabriele ingħaqad għal dan it-tournament mal-plajer Marokkin, Lalami Laaroussi. Huma kellhom prestazzjonijiet tajbin ħafna, speċjalment fis-semi finali u l-finali, hekk kif rebħu kontra plejers aktar kwotati minnhom, fosthom ir-raba u t-tielet seed ta’ tournament rispettivament.
B’kollox Degabriele, u Lalami Laaroussi, rebħu erba’ logħbiet, fejn fosthom tispiċċa il-logħba tal-kwarti tal-finali, meta fiha salvaw match point kontrihom biex imbagħad rebħu bl-iskor ta’ 11-9 fit-tielet set match tiebreak. Minn hemm il-quddiem ma tilfux set ieħor u rebħu l-logħob tagħhom fis-semi finali kontra t-tim mit-Turkija bl-iskor ta’ 7-6, 6-4, u l-finali kontra t-tim minn Franza bl-iskor ta’ 6-4, 7-5.
Dan kien l-ewwel titlu ghal- De Gabriele fiċ-ċirkwit tal-ITF Pro. Il-parteċipazzjoni ta’ De Gabriele f’dan it-tournament kienet possibli bl-għajnuna tal-iskema International Participation Scheme ta’ SportMalta, u l-Federazzjoni tat-Tennis f’Malta, l-MTF.