Ali Ahmed Mohammed, Sudaniż residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, inżamm arrestat wara li kien mixli li weġġa’ ħafif u hedded sitt uffiċjali tal-Pulizija waqt argument fil-Marsa.
Fil-Qorti, ntqal kif il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija meta qam argument fil-Marsa wara li, l-imputat allegatament mar fuq missier u żewġt itfal, qalilhom li għandhom jagħtuh mitt ewro, imbagħad ħadilhom il-mobile u telaq jiġri.
L-imputat kien aggressiv mal-Pulizija u ttieħed l-Isptar Mater Dei biex tkun analizzata l-kundizzjoni medika tiegħu.
Fid-dawl ta’ dan il-Qorti talbet biex isirlu eżami mediku minkejja li ordnat biex jinżamm arrestat.