Euro Zelna, Taljan ta’ tnejn u għoxrin sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li sawwat tliet żgħażagħ.
Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija fi stabbilment f’Paceville, fejn l-imputat ikkaġuna ġrieħi gravi lil żewġ żgħażagħ u ġrieħi ħfief lil żagħżugħ ieħor, kollha Taljani.
Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, l-imputat qal li se jitlaq minn Malta jumejn oħra.
Għaldaqstant, wara l-ammissjoni tiegħu, ġie kkundannat s-sentenza ta’ ħabs sospiża u mmultat elf u ħames mitt ewro.