Il-plejer ta’ San Ġiljan Ben Plumpton ġie sospiż 12-il logħba mill-Kummisarju tad-Dixxiplina tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-isport akwatiku (ASA) u mmultatu s-somma ta’ €1270 wara li l-Ġimgħa wara nofs-in nhar, l-istess bord ma’ laqax l-appell tal-klabb ta’ San Ġiljan b’rabta ma’ sospensjoni li l-plejer weħel il-bieraħ filgħaxija.
Kollox beda l-Ħamis wara nofs-in nhar meta Sliema ressqu protest fejn allegaw li Plumpton gidem lill-plejers tagħhom Daniel Rizzo u Jayden Cassar waqt il-logħba bejn dawn iż-żewġ klabbs mill-kampjonat tas-sajf.
L-ASA laqqa’ b’urġenza il-bord tad-dixxiplina l-Ħamis filgħaxija sabiex jiġi diskuss dan il-protest. Matul din il-laqgħa intwera’ l-filmat uffiċjali tal-ASA.
Il-bord tad-dixxiplina sab lill-plejer ta’ San Ġiljan, Ben Plumpton ħati u ingħata żewġ logħbiet sospensjoni flimkien ma’ multa ta’ €300 għal kull każ. Dan kien ifisser total ta’ erba’ logħbiet u €600 multa. L-istess Kummisarju tad-Dixxiplina qal ukoll li Ben Plumpton huwa riċediv u ta’ dan immultah €400 oħra.
Il-klabb ta’ San Ġiljan appella minn din is-sentenza, appell li nstema’ l-Ġimgħa wara nofs-in nhar. Il-Bord tal-Appell tal-ASA ma’ laqax l-appell tal-klabb ġiljaniż u reġa’ sab lil Plumpton tal-akkużi.
Għalekk il-Bord tal-Appell iddeċieda li jżid is-sospensjoni ta’ Plumpton minn erba’ għal tnax -il logħba filwaqt li l-multa żdiedet minn €1000 għal €1270.