Mit-tnejn ta’ Awwissu, l-linja tal-ajru Turkish Airlines se tibda tforni r-rotta bejn pajjiżna u Istanbul b’ajruplani akbar.
Permess ta’ stqarrija, din il-linja tal-ajru qalet li se tkun qed tuża ajruplani tat-tip Airbus A350 u A330, li jaqgħu fil-klassi widebody u b’hekk se joffru aktar postijiet fuq it-titjiriet offruti b’aktar kumdità,
Dawn l-ajruplani se joperaw it-titjira TK1369/70, erba’ darbiet fil-ġimgħa sal-25 ta’ Ottubru.
Turkish Airlines qalet kif dan it-tibdil fl-ajruplani jkompli juri l-impenn lejn l-ospitalità tal-klijenti tagħha.