Wirja qalbenija ma kinitx biżżejjed għat-tim juniors tal-irġiel hekk kif tilfu kontra l-Irlanda 3-2 fis-sitt ġurnata tal-kampjonati Ewropej tat-table tennis għaż-żgħażagħ li qed isiru f’Malmo.
Wara li sabu ruħhom minn taħt, il-Maltin irnexxielhom idawru l-iskor favurihom wara sets mirbuħa minn Luke Bonello u Luke Fenech, bl-Irlandiżi li wettqu reazzjoni u għamlu l-iskor finali 3-2.
L-istess tim tal-irġiel kien fl-azzjoni filgħaxija fejn tilef 3-0 kontra Wales bin-nisa Maltin li wkoll irreġistraw l-istess riżultat kontra l-Greċja.
Illum se jintlagħbu s-singles fejn jidħlu fl-azzjoni mhux biss il-plejers juniors iżda wkoll dawk tal-cadets.