Raisa Cialov, mara ta’ 36 sena mill-Moldova, intbagħtet sena ħabs sospiżi għal tliet snin, wara li ammettiet li mexxiet burdell fl-Iklin.
Hija kienet akkużata minn Snejana Belocurenco, ta’ 29 sena, mill-Moldova – iżda din ammettiet il-ħtija malli tressqet il-Qorti.
Iż-żewġ nisa nqabdu, hekk kif kienu qed jiġu osservati mill-Pulizija, li nnotaw diversi rġiel deħlin u ħirġin, u konsegwentament, meta daħlu l-Pulizija, qabdu liż-żewġ nisa fil-fatt.
Fir-residenza, nstabu wkoll erba’ pitazzi, b’kitba relatata ma’ allegat ħlasijiet u informazzjoni dwar websites fejn qed jiġu użati dawn is-servizzi, kif ukoll erba’ mobiles, 19-il SIM Card u envelopp bil-flus.