Fl-aħħar partita minn Grupp B3 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa temm l-impenji b’telfa ta’ 3-1 kontra l-Portugall, biex b’hekk temm dan il-grupp fil-qiegħ tal-klassifika b’punt wieħed biss.
Il-Portugall għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss seba’ minuti permezz ta’ ANA CAPETA. Iżda l-Maltin ma rmewx ix-xugaman, anzi wettqu reazzjoni tajba u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs fis-16-il minuta permezz ta’ MARIA FARRUGIA.
Il-Portugiżi rduppjaw l-iskor fis-27 minuta grazzi għal STEPHANIE RIBEIRO u ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal minn JESSICA SILVA fis-86 minuta.