Alex De Gabriele, wieħed mill-aqwa tennisti lokali u li ftit ilu għen lil Malta tirbaħ id-Davis Cup Group IV – Europe, kompla bir-riżultati pożittivi f’żewġ turnaments ITF M15 li saru f’Monastir it-Tuneżija.
Fl-ewwel turnament, Alex irnexxielu jgħaddi għar-round tal-aħħar sittax wara li għeleb lill-arġentin Carlos Maria Zarate of Argentina bi skor ta’ 7-6,7-6. Alex wasal anke sal-kwartifinali tad-doppji flimkien ma’ Liam Delicata wara li għelbu lill-Portugal bi skor ta’6-3, 0-6, 10-5.
Fit-tieni turnament, Alex safaħ eliminat fl-ewwel round minn Boris Butulija tas-Serbja bi skor ta’ 4-6, 3-6. Fid-doppji DEgabriele flimkien ma’ Liam Delicata waslu sal-kwartifinali wara li għelbu lil Rayen Hermassi (Tuneżija) u Carlos Maria Zarate (Arġentina) bi skor ta’ 6-3, 7-6.
Il-parteċipazzjoni f’dawn iż-żewġ turnaments kienet grazzi għall-Federazzjoni Maltija tat-Tennis u l- International Participation Scheme ta’ SportMalta.