“Qamet dilemma kbira għal min jinsab bħali fil-Parlament Ewropew wara li ħareġ fil-beraħ l-iskandlu tal-allegat ħasil ta’ flus mill-PN, bi ksur lampanti tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Għandu jsir kif sar mill-PN innifsu, u f’kull opportunitá li tinqala’ fil-laqgħat tal-Parlament Ewropew, wieħed iqajjem dan l-iskandlu?”
Dr Sant qal li hemm numru ta’ mudelli li wieħed jista’ jsegwi waqt li jagħmel dan. Il-mudell ta’ kif ġie ttrattat Toni Abela, b’kampanja minn taħt u kollha ħdura. Il-mudell ta’ kif ġie trattat Leo Brincat, b’attakki fil-miftuħ u minn taħt.
Jew il-mudell ta’ kif rappreżentanti tal-PN ġabu ruħhom fil-kumitat tal-Parlament Ewropew dwar l-iskandlu tal-karti tal-Panama. It-tliet mudelli huma effettivi ħafna biex juru lill-PN u fuq kollox il-mexxej tiegħu, bħala nieqsa mill-integritá u l-onestá.
Id-deputati Ewropej se jemmnu dil-ħaġa minnufih. “Ħalliha l-problema li mal-PN u l-mexxej tiegħu, se titqagħbar ukoll il-fama tal-pajjiż. Imma la t-tnejn li huma qatt ma qisuha dil-ħaġa bħala problema…?” irrimarka Dr Sant.