It-tim nazzjonali femminili tal-juniors kiseb rebħa tajba ta’ 3-0 kontra l-Iskozja f’logħba oħra mill-kampjonat Ewropew taż-żgħażagħ tat-table tennis li qed jintlagħab f’Malmo.
Kif jindika r-riżultat, in-nisa Maltin iddominaw il-partita u ftit taw ċans lill-avversarji Skoċċiżi jagħmlu xi ħaġa. It-tim kien iffurmat minn Anthea Cutajar, Rachel Mifsud u Alice Mariani.
It-tim tal-irġiel kien ferm viċin li jikseb xi punti mil-logħba kontra l-Armenja meta kien 2-0 minn fuq. Minkejja kollox, l-Armeni dawru r-riżultat favur tagħhom u kisbu l-punti massimi minn dan il-konfront. It-tim Malti kien iffurmat minn Luke Fenech, Luke Bonello u Sebastian Farrin Thorne.
Kien hemm fl-azzjoni wkoll il-cadets Maltin li tilfu 3-0 kontra l-Irlanda. It-tim kien iffurmat minn Neil Incorvaja, Oliver Farrin Thorne u Matthew Carl Zammit.