Fit-tmiem ix-xahar ta’ Ġunju saret il-laqgħa ġenerali annwali tan-Napoli Club Malta fejn saru magħrufa l-membri l-ġodda kif ukoll saret l-ewwel laqgħa tal-istaġun.
Alex Debono huwa l-President tal-klabb filwaqt li Mark Haber se jkollu r-rwol doppju dak ta’ Viċi President u Segretarju.
Clint Cassar huwa t-teżorier tal-klabb filwaqt li Alan Frendo huwa l-Assistent Teżorier.
Il-persuna responsabbli mill-media se jkun Gordon Bonnici filwaqt li bħala membri fl-stess kumitat insibu lil Pierre Balzan, Kevin Cutajar, Robert Grima u Mark Muscat.