Spanja rebħet il-kampjonat Ewropew bi skor ta’ 2 b’wieħed kontra l-Ingilterra, fil-finali tal-Ħadd filgħaxija li ntlabet fil-Kapitali Ġermaniża, Berlin.
Dan ifisser li t-tim Nazzjonali Spanjol kiser żewġ rekord, l-aktar tim b’tazzi tal-logħba tal-Euro u l-aktar wieħed li rebaħ logħbiet f’dan il-kampjonat b’seba’ rebħiet minn seba’ logħbiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-ewwel skor ġie mill-Ispanjoli fis-47 minuta minn Nico Williams, li ra azzjoni minn Lamin Yamala, plejer li spikka ferm f’din l-edizzjoni tal-Euros. Fis-73 minuta l-Ingliżi ġabu skor ta’ 1-1 minn Cole Palmer.
Fl-aħħar minuti tal-logħba, jiġifieri fis-86 minuta, Mikel Oyar-zabal ġab il-gowl rebbieħ lill-Ispanjoli.