Ċiklist ta’ 24 sena, residenti Bormla qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 21.20pm tal-Ħadd filgħaxija.
Iż-żagħżugħ allegatament safa milqut minn vettura ta’ tip Opel Astra, misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Haż-Żabbar.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard, ir-raġel ta’ 24 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.