Min se jirbaħ: Spanja jew l-Ingilterra? Mistoqsija fuq fomm bosta b’antiċipazzjoni għall-finali tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol, il-EURO 2024, li se tintlagħab il-Ħadd li ġej fil-kapitali Ġermaniża, Berlin.
ONE News niżel fit-toroq tal-kapitali biex nistaqsu lil dawk preżenti, Maltin u turisti, li ltqajna magħhom u staqsejnihom dwar il-ħsibijiet jew il-preferenzi tagħhom.
Kien hemm dawk li qalu li se jirbħu l-Ingliżi, anke bħala rimonta għad-disfatta fil-finali tal-aħħar edizzjoni meta dakinhar kienu rebħuha t-Taljani.
Jekk ikun dan, l-Ingilterra jkunu rebħu din il-kompetizzjoni għall-ewwel darba fl-istorja. It-tim nazzjonali Ingliż, immexxi minn Gareth Southgate, qatt ma rebħu din il-kompetizzjoni qabel u kienu waslu biss fil-finali proprju fl-aħħar edizzjoni.
Kien hemm oħrajn li qalu li jemmnu li Spanja għandha tirbaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena, kemm minħabba l-logħob tajjeb li wrew tul il-kompetizzjoni kollha u anke minħabba skwadra iżjed b’saħħitha li għandhom.
Kemm-il darba jirbħu l-Ispanjoli, din tkun ir-raba’ darba għalihom u saħansitra jsiru l-aktar pajjiż li qatt rebaħ din il-kompetizzjoni bejn l-Ewropej.
Kien hemm oħrajn li qalulna li, assolutament, mhux isegwu l-kompetizzjoni u allura wisq inqas m’għandhomx opinjoni dwar min se jirbaħ f’din il-finali.
Sakemm imbagħad ukoll iltqajna ma’ min jemmen li se jseħħ, dak li effettivament ma jistax jiġri, ladarba xorta jrid ikun hemm rebbieħ fl-aħħar mill-aħħar.