Il-Ministru tas-Saħħa Palestinjan ikkonferma li fl-aħħar sigħat attakk mill-militar Iżraeljan qatel 71 Palestinjan f’żona li suppost kellha tkun sigura għan-nies ċivili f’Gaza.
Dan minbarra li aktar minn 300 persuna ndarbu u jinsabu f’qagħda serja.
Fl-aħħar jiem l-awtoritajiet kienu qegħdin jappellaw lin-nies sabiex imorru u jsibu l-kenn f’din iż-żona qrib Khan Younis.
Skont il-midja internazzjonali l-Prim Ministru Iżraeljan mistenni jlaqqa’ l-Kabinett tal-Gwerra b’rabta ma’ dan.
Wara dan l-attakk in-numri tal-vittmi li ħalliet din il-gwerra kompla tiela, u issa mess t-38,400 Palestinjan.
Jidher ukoll li Iżrael m’għandux f’moħħu li jilħaq ftehim biex jieqaf il-ġlied.