Fid-9 t’Awwissu, proprju fil-ġimgħa ta’ Santa Marija, l-ALS Malta se torganizza kunċert mużikali fix-Xagħra, Għawdex, bl-isem ta’ ‘leġġenDARju’.
Fis-snin li għaddew, l-ALS Malta organizzat diversi kunċerti mużikali varji fl-irħula u l-ibliet Maltin u dejjem kienu ta’ suċċess kbir.
Il-kunċert li jmiss se jara s-sehem ta’ orkestra live, immexxija mis-Surmast Għawdxi Antoine Mercieca, flimkien ma’ bosta talenti lokali, inkluż Kurt Calleja, Owen Leuellen, Claudia u Fabrizio Faniello u Maxine Pace, fost oħrajn. Isegwi dan, se jkun hemm afterparty mid-DJs Filletti u J-Joy.
Dan il-kunċert se jkun b’xejn, waqt li se jinġabru donazzjonijiet b’risq it-tielet dar għall-pazjenti tal-ALS, DAR Bjorn Respite.