Dalgħodu, il-Korp tal-Pulizija fakkar il-mitejn u għaxar sena mit-twaqqif tiegħu. Dan permezz ta’ quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, li kienet ikkonċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Wara, iċ-ċerimonja kompliet fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, fejn hawnhekk għamlet diskors tal-okkażjoni l-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono.
Hi rrimarkat kif il-fiduċja tal-pubbliku fil-Pulizija żdiedet fl-aħħar snin u l-uffiċjali involuti jridu jkomplu bis-servizz tagħhom “min-nies għan-nies”.
Preżenti kien hemm il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà u bosta uffiċjali tal-Korp.