Marsaxlokk kisbu riżultat importanti ta’ 1- 1 kontra Partizani Tirana barra mill-pajjiż, fl-ewwel leg tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League biex b’hekk żammew kollox miftuħ għat-tieni leg li se jintlagħab f’pajjiżna bħal lum ġimgħa.
It-tim immexxi minn Winston Muscat kienu dixxiplinati u għamlu ċert li l-pressjoni tal-avversarji jikkontrollawa bl-aqwa mod possibli.
Il-bidu ma’ kienx wieħed tajjeb dan hekk kif Partizani fetħu l-iskor meta VALENTINO MURATAJ għeleb in-nasba tal-offside, avvanza u b’xutt għar-rokna għeleb lil Marko Drobnjak għal 1 – 0.
Marsaxlokk għamlu reazzjoni fit-12 il-minuta b’Leandro Aguirre xeħet barra. Fl-14-il minuta, Christian Mba mill-ġdid qabad lid-difiża Xlukkajra fuq sieq waħda żda x-xutt tiegħu għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta.
Marsaxlokk kisbu id-draw meta minn azzjoni ta’ corner minuta wara. Id-difiża ta’ Partizani kklerjat il-ballun li spiċċa għand YURI DE JESES MESSIAS li minn tarf il-kaxxa fajjar xutt b’saħtu li għeleb lill-goalkeeper, Pano Qirko.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Marsaxlokk għal ftit ma sofrewx goal ieħor Paulo Buxhelaj għeleb lil Drobjnak iżda l-ballun għadda tul il-lasti, ħakkek ma’ sieq il-lasta u spiċċa barra.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Albaniżi ħarġu mill-ġdid aggressivi bil-goalkeeper Drobnjak providenzjali meta salva daqqa ta’ ras ta’ Cara.
Fl-aħħar għoxrin minuta, żewġ azzjonijiet oħra ta’ periklu.
L-ewwel jkun Rrapaj għal Partizani fil-70 minuta li b’xutt fil-baxx xeħħet il-ballun barra. Biex għaxar minuti wara Marsaxlokk għal ftit ma skorjawx it-2 – 1 meta Goularte Do Nascimento waħdu ra lill-goalkeeper Qirko jdawwar f’corner.
Referee: Roman Jitari (Moldova)