Żmien impenjattiv għas-sewwieq malti tat-Top Fuel Dragster, u l-eks Champion Ewropew tad-Drag Racing tal-FIA Duncan Micallef hekk kif Micallef ħabbar il-pjan tiegħu għall-ġimgħat li ġejjin.
Bejn il-Ħamis, 25 u l-Ħadd, 28 ta’ Lulju, Micallef se jkun f’Mantorp Park, f’Mantorp l-Isvezja biex jipparteċipa fil-Meguiar’s Drag Festival, festival iddedikat tat-tlielaq tal-kwart ta mil li jwiegħed azzjoni eċċitanti u kompetizzjoni intensa.
Il-ġimgħa ta wara, mill-Ħamis, 1 sal-Ħadd, 4 ta’ Awwissu, Micallef se jkun f’Gardermoen Raceway fin-Norvegja, kamp ta’ battalja magħruf biex jospita wħud mill-aktar tiġrijiet tad-drag intensivi. Huwa se jkun qed jipparteċipa fl-akbar Avveniment tad-Drag Race tan-Norveġja, Fejn huma mħejjija duelli ħarxa, li jwiegħed livell għoli ta’ kompetizzjoni kemm fil-Kampjonat Norveġiż kif ukoll fis-Serje Ewropea tad-Drag Racing.
Bejn il-Ħamis, 8 u l-Ħadd, 11 ta’ Awwissu, Micallef għandu jkun fit-Tierp Arena fl-Isvezja biex jipparteċipa f’rawnd ieħor tal-FIA European Drag Racing Championship.
Bejn il-Ħamis, 22, u l-Ħadd, 25 ta’ Awwissu, Micallef għandu jkun f’Hockenheimring fil-belt ta’ Hockenheim fil-Ġermanja, biex jieħu sehem fis-37 edizzjoni tan-Nitrolympx, rawnd ieħor tal-FIA Drag Racing Championship,
Mill-Ħamis, 5 sal-Ħadd, 8 ta’ Settembru, Micallef se jkun qed jipparteċipa fl-aktar tiġrija importanti għal din is-sena, il-Finali tal-FIA European Drag Racing Championship f’Santa Pod. Santa Pod, trakka li għandha post speċjali fil-qlub tad-dilettanti tal-kwart ta mil, billi hija l-ewwel post permanenti tal-Ewropa ta dawn t-tlielaq, li jinsab f’Podington, Bedfordshire, barra minn Londra fl-Ingilterra, f’dik li kienet bażi tal-ajru tar-Royal Air Force tat-Tieni Gwerra Dinjija.
L-aspettativi tad-dilettanti lokali tal-motorsport u dawk li jsegwu lil Duncan Micallef jinsabu għoljin peress li, wara t-tieni rawnd li sar fit-Tierp Arena fl-Isvezja, Micallef jerga jinsab fil-quċċata tal-kampjonat Ewropew.