Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello kkonkludiet li hemm biżżejjed provi biex tinħareġ att ta’ akkuża fil-konfront tan-negozjant Pakistani Shaukat Ali Chuadry u martu Shaukat Aasia Parveen. Dan se jfisser li dawn it-tnejn se jgħaddu ġuri mixlijin b’korruzzjoni b’rabta mal-konċessjoni tat-tliet sptarijiet.
Huma tressqu l-Qorti ftit tal-jiem ilu u ġew akkużati b’korruzzjoni u ħasil ta’ flus. Binhom, Asad Ali jinsab mixli wkoll fil-Qorti b’rabta mal-istess każ, b’din qed tinstema’ seperatament.
It-tlieta li huma qed iwieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.