Barra l-Palazz Rjali ta’ Buckingham, f’Londra, kien hemm xena mhux tas-soltu. Dan hekk kif is-suldati Ingliżi, bl-uniformi sinonima tagħhom, ħamra u sewda, flok immarċjaw jew jgħassu, bdew idoqqu l-kanzunetta ‘It’s Coming Home’.
Kanzunetta sinonima ferm mat-tim nazzjonali Ingliż tal-futbol, li llejla se jkun qed jilgħab fis-semifinali kontra l-Olanda, fil-kampjonat Ewropew tal-futbol. Min jerbaħ din il-partita llejla, se jkun qed jilgħab fil-finali kontra Spanja, f’Berlin, nhar il-Ħadd li ġej.