Fi tmiem il-ġimgħa, Malta ħadet sehem fit-Tournament Pre Olimpiku li sar ġewwa Spanja, Madrid. Dien kienet l-aħħar kompetizzjoni qabel l-Olimpjadi ta’ Pariġi u għalhekk ħafna pajjiżi użawh bħala preparazzjoni għall-atleti tagħhom. Fost il-pajjiżi preżenti kien hemm l-Istati Uniti, Kazakstan, Germanja, Kanada, Polonja, Franza, Port Rico, Cuba u ħafna oħrajn. Malta ħadet sehem b’żewġ lottaturi, Gary Giordmaina 57kg u Nico Zarb 74kg.
Gary Giordmaina beda tajjeb ħafna meta għeleb lil Joshua Skory tal-Kanada bil-punti. Huwa ikkontrolla l-bout u fl-ebda ħin ma kien minn taħt. Fit-tieni kumbattiment u ltaqa kontra Darien Cruz tal-Peurto Rico, li kkwalifika biex imur għall-Olimpjadi. Gary beda tajjeb ukoll izda fil-konfrott weġġa ta’spaltu u allavolja għadda mill-grupp fejn kellu jilgħab is-semifinali, ma setax ikompli ħabba l-injury u b’hekk spiċċa fir-raba post, pass il-bogħod mill-medalja tal-Bronze.
Fis-74kg, Nico Zarb beda kontra l-Amerikan Quincy Monday, rebbiegħ tad-Deheb f’din il-Kategorija, iżda l-Amerikan iddomina il-ġlieda. Fir-Repechage, Nico iltaqa kontra l-Pollakk, Szymon Wojtkowski, fi ġlieda ferm kumbattuta, iżda hawnhekk tilef bil-punti.
Fil-klassifika ġenerali, Malta spiċċat fit-tnax il-post minn tmintax il-pajjiż qabel pajjiżi ferm aktar kwotati bħal Fillandja, Svezja, Belgjum u Serbja.
Jesmond Giordmaina kien il-coach nazzjonali filwaqt li Abraham Vassallo kien referee fejn anke ikkontrolla diversi finali importanti.
Din il-parteċipazzjoni ma kienetx tkun possibli jekk mhux għall-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti u Sportmalta.