Il-plejer żagħżugħ Spanjol, Lamine Yamal sar l-iżgħar plejer li qatt skurja fil-kampjonat Ewropew tal-futbol.
Dan waqt is-semifinali bejn Spanja u Franza, li Spanja rebħu bl-iskor ta’ 2-1.
Fis-semifinali tal-bieraħ, Lamine Yamal ta’ 16-il sena għamel gowl spettakolari, fil-21 minuta.
Meta kien qed jitkellem wara l-logħba, hu qal li dan il-gowl hu speċjali għalih, hekk kif hu l-ewwel gowl tiegħu fil-Kampjonat Ewropew.
Yamal sostna wkoll li kuntent li pajjiżu jinsab fil-finali u issa l-għan hu li jirbaħ, flimkien ma’ pajjiżu, din il-kompetizzjoni.
Din kienet l-aħħar logħba tiegħu fl-età ta’ 16-il sena, hekk kif se jagħlaq sninu nhar is-Sibt li ġej, ġurnata biss qabel il-finali ta’ dan il-kampjonat, li se tintlagħab f’Berlin.