Fix-xahar ta’ Mejju, Malta kellha l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha fiż-Żona Ewro.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ kif ir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna f’dan ix-xahar imsemmi kienet ta’ tlieta punt tnejn fil-mija.
Iċ-ċifra ta’ pajjiżna hi nofs ir-rata medja ta’ qgħad fil-pajjiżi taż-Żona Ewro, hekk kif ir-rata hawnhekk hi ta’ sitta punt erbgħa fil-mija.
Bl-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro hemm ukoll is-Slovenja, bl-istess rata ta’ pajjiżna. Waqt li wara hemm ukoll il-Ġermanja u l-Olanda.
Dan filwaqt l-aktar pajjiżi minn fost il-pajjiżi fiż-Żona Ewro li għandhom l-ogħla rati ta’ qgħad hemm Spanja, b’rata ta’ kważi tnax fil-mija, waqt li wara hemm il-Greċja, l-Iżvezja u l-Finlandja.
Ir-rata baxxa ta’ qgħad f’Malta fost il-pajjiżi taż-Żona Ewro tkompli ma’ dik li kien hemm fl-aħħar xhur. Dan meta Malta rreġistrat fost l-inqas rati ta’ qgħad fl-istorja.
B’dan qed ikun irreġistrat fi żminijiet ta’ sfidi internazzjonali, b’żewġ gwerer li għaddejjin viċin tagħna, dawk fl-Ukrajna u fil-Lvant Nofsani.