L-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) introduċiet aġġornamenti importanti fir-regolamenti dwar il-liċenzjar tal-assoċjazzjonijiet li jqassmu l-kannabis lill-membri, hekk imsejħa “Cannabis Harm Reduction Associations”.
Dawn l-aġġornamenti, li ġew introdotti permezz ta’ tibdiliet f’diversi direttivi, għandhom l-għan li jtejbu l-livell ta’ operat u l-effiċjenza talassoċjazzjonijiet.
Id-direttivi li fihom sar tibdil huma:
Direttiva Nru 1: Kriterji tekniċi u prassi ta’ xogħol approvati
Direttiva Nru 2: Prassi relatati mat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-użu talkannabis
Direttiva Nru 3: Proprjetajiet minn fejn jitwettaq l-operat
Direttiva Nru 4: Rwoli ewlenija fi ħdan l-assoċjazzjonijiet
Direttiva Nru 6: Tmexxija u amministrazzjoni
L-aġġornamenti huma ntiżi sabiex l-assoċjazzjonijiet ikunu konformi mal-ogħla prassi ta’ operat rikjest minnhom.
B’mod partikolari, id-Direttiva dwar itTnaqqis tal-Ħsara ġiet irfinata sabiex jiġi garantit li l-miri prinċipali tar-riforma
li wasslet għall-introduzzjoni tal-assoċjazzjonijiet tiġi kkomunikata lill-membri tal-istess assoċjazzjonijiet b’mod uniformi permezz ta’ Dikjarazzjoni t’Assoċjazzjoni.
L-Awtorità tibqa mpenjata li tkompli ttejjeb ir-regolamenti sabiex twettaq u tiffaċilita r-riforma skond il-parametri tal-liġi. L-Awtorità tenfasiżża l-impenn u d-dedikazzjoni tagħha li tiżgura li l-assoċjazzjonijiet iħaddnu s-sens ta’ komunità u jaħdmu fl-aħjar interess tal-membri mingħajr ebda qliegħ.
B’sodisfazzjon l-Awtorità tħabbar ukoll li nħarġet liċenzja oħra sabiex b’hekk innumru ta’ ‘Cannabis Harm Reduction Associations’ liċenzjati jammonta għal tmienja.
L-Awtorità tfakkar lill-pubbliku li l-assoċjazzjonijiet indikati fuq is-sit elettroniku tagħha huma l-uniċi entitajiet li jistgħu ikabbru u jqassmu lkannabis. L-assoċjazzjonijiet jistgħu jqassmu l-kannabis lill-membri tagħhom biss.