Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista
Din il-ġimgħa Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista nħakmu minn maltempata ta’ falsità meta Busuttil inkixef li kien hu stess li staqsa biex negozjanti iħallsu l-pagi ta’ uffiċjali tiegħu u kien hu li ħoloq sistema falza ta’ invoices.
Aktar minn hekk, wara li għajjar lil dawn in-negozjanti li huma korotti u maħmuġin, illum skoprejna li issa ddeċieda li ma jerġax jagħti lura l-flus li ngħataw minn negozjanti u li skont dak li qed jgħid hu stess huma frott il-ħmieg u l-korrozzjoni.
Simon Busuttil falz għax minkejja li in-negozjanti diġa’ giddbuh meta qalu li Busuttil stess li saqsa biex jingħataw il-pagi tal-uffiċjali tiegħu , issa qed iġib skuża li ma jistax jippublika l-invoices ta’ dawn id-donazzjonijiet minħabba relazzjonijiet kummerċjali.
Dan wara li sa ftit jiem ilu rajnih iqatta’ kuntratt li fisser roħs tal-kontijiet għall-Maltin u l-Għawdxin minħabba klawsoli li ma kinux qed jidhru għax huma kummerċjalment sensittivi.
Busuttil mhux qed jitwemmen fuq l-unika ħaġa lil dejjem jippriedka fuqha t-trasparenza. Simon Busuttil huwa falz.