Tifel ta’ 9 snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar 2 sulari minn tieqa ta’ residenza.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Wied in-Noqor, Luqa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.