Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista sostna li l-Partit Nazzjonalista permezz tal-midja tiegħu rrepeta gidba li ntqalet aktar kmieni llum minn individwu, li huwa kien diġà rrisponda u ċaħad f’April li għadda, tant li emendaw l-artiklu wara li raw il-fatti.
Dan b’rabta mad-dettalji fid-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Membri Parlamentari.
De Battista qal dan permezz ta’ stqarrija fuq il-profil tiegħu fuq Facebook fejn sostna li huwa tal-meravilja kif xi ħadd jista’ jemmen li huwa ppropona li jinħbew dettalji fid-dikjarazzjoni tal-assi.
Dan hekk kif mhux biss fil-laqgħa inkwistjoni sostna kif qal bil-kontra iżda spjega wkoll kif huwa wieħed mill-Membri Parlamentari li niżżel kif akkwista il-propjetà u anke l-użu tagħha, minkejja li ma kienx obbligat li jsir hekk.
De Battista kompla jgħid kif huwa saħansitra mort oltre minn hekk u ppropona riforma fil-formola tad-dikjarazzjoni tal-assi, riforma Parlamentari u anke riforma elettorali.