Anzjan ta’ 77 sena u anzjana ta’ 76 sena, it-tnejn minn Tas-Sliema ntlaqtu minn vann f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq Gort.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjan u l-anzjana ntlaqtu minn raġel ta’ 49 sena li jgħix iż-Żurrieq.
Il-vittmi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanzi għall-kura. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.