Sewwieq ta’ mutur ta’ 47 sena mill-Għarb weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq l-Għarb, fl-Għarb, Għawdex.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li hi marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta, li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn Kanadiż ta’ 50 sena u l-mutur misjuq mill-vittma.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal aktar kura medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.