Anzjana ta’ 78 sena minn Ħaż-Żabbar tinsab fil-periklu tal-mewt wara aċċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart fi Vjal il-Ħelsien.
Jirriżulta li l-anzjana ntlaqtet minn Peugeot 307 li kienet qed tinstaq minn Sirjan ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
Dwar il-każ hemm inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.