Aktar minn 70 preżentatur u b’60 programm differenti, 6 servizzi tal-aħbarijiet kuljum u analiżi tal-ġurnali kuljum, xandir ta’ 24 siegħa, hekk deskritta l-iskeda tas-sajf 2024 ta’ ONE Radio 92.7fm
Mit-Tnejn 1 ta’ Lulju, ONE Radio beda skeda mpenjattiva u divertenti għall-istaġun tas-sajf. Il-programmi li issa saru stabbiliti mas-semmiegħa, se jkomplu jissaħħu u fl-istess ħin, qed tkompli tikber l-iskeda bi programmi u preżentaturi ġodda.
Summer Bruch; Programm ġdid ippreżentat miż-żgħażugħ Kaiden Zahra bi stil mexxej u kurrenti nhar ta’ Tlieta u Ħamis fil-11am. Kaiden se jkun qed jippreżenta wkoll Summer Sundays nhar ta’ Ħadd fis-2pm.
Mill-ġdid fuq ONE Radio, l-preżentatur Charles Marsh li se jirritorna bil-kbir nhar ta’ Ġimgħa fis-2pm għal ‘The Afternoon show’.
Night Drive nhar ta’ Erbgħa fl-10pm ma’ Daniel Falzon Mallia u Music & More nhar ta’ Ġimgħa fis-7pm ma’ Shana Woods u Daniel Falzon Mallia se jkunu żewġ programmi ġodda oħra fuq ONE Radio.
Nilgħabu bis-7 Noti; kwizz show ġdid ta’ David Muscat u Ray Grech fejn il-mistoqsijiet kollha huma relatati ma’ mużika. Jixxandar live nhar ta’ Tnejn fis-7pm
Ramon Mangion se jibda jippreżenta l-programm Midweek Moods nhar ta’ Erbgħa fit-8:30pm.
Charles Pullicino (DJ Rollin) se jingħaqad ukoll ma’ ONE Radio għal Sbieħ is-Sibt f’nofs il-lejl.
Morning Mix, fuq ir-Radju u t-TV bejn 9am sa 11am; It-Tnejn On D Road ma’ Pierre Borg, it-Tlieta Għaqqad il-Kelma ma’ Anton Falzon, l-Erbgħa Taħt l-Umbrella ma’ Simone Debattista u Renato Vella, l-Ħamis L-Għajta tal-Pagun ma’ Dan u San u t-team tagħhom u nhar ta’ Ġimgħa From Grease to Black Eyed Peas ma’ Alex Grech.
Sibt il-Punt ma’ Manuel Micallef se jibqa jixxandar fuq ir-Radju u TV, nhar ta’ Sibt fid-9am.
Ryan’s Rewind ta’ Ryan Spiteri f’ħin ġdid f’din l-iskeda, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6pm.
Sabiex isseġwi l-iskeda kollha aġġornata, tista’ tagħfas fuq dan il-link:- https://play.one.com.mt/radio