Fl-aħħar jiem, inkluż fi tmiem il-ġimgħa, il-Pulizija arrestaw sittin persuna wara li nstabu jgħixu jew jaħdmu fil-pajjiż b’mod irregolari.
Dan intqal fi stqarrija mill-Pulizija, hekk kif issokta l-infurzar marbut mal-immigrazzjoni.
Dawn il-persuna arrestati ttieħdu kollha f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm isiru t-tħejjijiet neċessarji biex jiġu ritornata fil-pajjiż tal-orġinu tagħhom jew fil-pajjiż li għandhom permess jgħixu fih.
Għal uħud minn dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija kienu assistiti minn uffiċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni.
Intqal kif l-infurzar marbut mal-immigrazzjoni hu wieħed kontinwu u se jibqa’ għaddej fil-jiem li ġejjin.