Il-Prim Ministru Brittaniku u l-Kap tal-Partit Konservattiv Ingliz Rishi Sunak tenna li hu jemmen li se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali ta’ nhar il-Ħamis li ġej.
Huwa qal dan f’intervista l-Ħadd filgħodu ma’ Lauran Kuenssberg.
Meta mistoqsi jekk nhar il-Ġimgħa hux se jibqa’ Prim Ministru tar-Renju Unit, Sunak wieġeb li qed jaħdem bis-saħħa għal dan.
Skont wieħed mill-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika qed juri li l-Partit Laburista Ingliz immexxi minn Keir Starmer għandu d-doppju tal-appoġġ mill-Partit Konservattiv ta’ Sunak. Dan hekk kif il-Partit Laburista qed igawdi appoġġ ta’ aktar minn 41%, waqt li l-Partit Konsevattiv għandu appoġġ minimu ta’ 20.5%.