Erba’ sajjieda, Malti u tliet irġiel mill-Indoneżja ġew salvati mill-Forzi tal-Ordni wara li għerqet lanċa tas-sajd. Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda madwar 20 mil ‘l barra minn Filfla.
Malli rċievew it-talba għall-għajnuna ġiet skattata operazzjoni ta’ salvataġġ konġunta bejn il-Forzi Armati u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-ħaddiema tas-salvataġġ marru fuq il-post bil-laneċ tas-salvataġġ Melita u Delta II u kif ukoll permezz ta’ helikopter.
L-irġiel instabu fuq raft viċin fejn intalbet l-assistenza u ġew salvati.
Huma ddaħħlu l-art fejn sabu jistennihom tim mediku mill-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.